Monday, November 11, 2024

Imut l-eks kap tal-Mafja fl-età ta’ 89 sena

Aqra wkoll

Frank Salemme – eks kap tal-Mafja miet fl-aħħar jiem fil-ħabs fl-età ta’ 89 sena.
Frank li ħafna kienu jsibuh bħala “Cadillac Frank” kien ingħata sentenza ta’ għomru l-ħabs u skont il-midja internazzjonali kien nhar it-Tlieta li għadda li hu miet.

Hu kien imexxi “familja” ta’ kriminali li fil-bidu tas-snin 90 kienet magħrufa bħala “New England Mafia”.

Frank Salemme kien instab ħati ta’ diversi atti kriminali fosthom l-aktar riċenti fl-2018 meta kien ingħata setenza ta’ għomru l-ħabs fuq il-qtil ta’ Steven DiSarro li kien s-sid ta’ nightclub f’Boston. Il-fdalijiet ta’ DiSarro kienu nstabu fl-2016.

Aktar kmieni fil-karriera kriminali tiegħu, Salemme kien ingħata 16-il sena ħabs wara li pprova joqtol lil avukat John Fitzgerald. Hu kien sploda l-karozza tal-avukat, iżda ma kienx miet.

Kien fl-2003 meta hu kien inħeles mill-ħabs, iżda mill-ewwel reġa’ spiċċa daħal fid-dinja tal-kriminalità fejn imbgħad fl-aħħar ingħata sentenza ta’ għomru l-ħabs.

Sport