Tħabbret il-mewt tal-eks player ta’ Paris St Germain … Modeste M’Bami, fl-etá ta’ 40 sena, li miet traġikament wara li sofra minn attakk f’qalbu.
Bejn l-2000 u l-2009 lagħab 39 darba għal Kamerun fejn rebaħ ukoll midalja tad-deheb għal pajjiżu fl-Olimpjadi tal-2000 li kienu saru f’Sydney, l-Awstralja.
Ma’ Paris St-Germain, huwa rebaħ it-Tazza Franċiża f’żewġ okkażjonijiet, qabel ma fl-2006 ingħaqad ma’ Marseille.
M’Bami mbagħad kellu prova ma’ clubs tal-Premier League fl-2009 iżda finalment spiċċa ingħaqad ma’ Almeria, fi Spanja.
Huwa kompla jilgħab fiċ-Ċina, l-Arabja Sawdija u l-Kolombja, qabel irritorna fi Franza biex temm il-karriera tiegħu ma’ Le Havre.