Il-Ġimgħa filgħaxija tħabbret il-mewt tal-eks President Taljan Giorgio Napolitano fl-età ta’ 98 sena. Hu miet fil-klinika Salvator Mundi al Giancolo fil-kapitali Ruma fejn kien ilu rikoverat.
Twieled fid-29 ta’ Ġunju tal-1925 f’Napli, Napolitano kien protagonist f’karriera twila politika, li bdiet mill-ħamsinijiet bħala membru tal-Partit Komunista Taljan.
Fl-1953 kien ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fejn baqa’ jservi għal diversi leġiżlaturi sussegwenti. Bejn l-1992 u l-1994 hu kien maħtur Speaker tal-Parlament, waqt li bejn l-1996 u l-1998 kien serva bħala Ministru għall-Intern fil-Gvern ta’ Romano Prodi.
Fl-2006 ġie elett il-11-il President tar-Repubblika fejn serva sal-2015. Napolitano sar l-ewwel Kap tal-Istat Taljan li ġie elett għat-tieni mandat, f’April tal-2013, waqt li wkoll sar l-ewwel President tar-Repubblika li qatt irrinunzja għall-kariga f’Ġunju tal-2015.
Fl-2010 kien żar Malta fi żjara statali fejn dak iż-żmien kien faħħar ir-rabtiet ekonomiċi u kulturali bejn Malta u l-Italja.