Sunday, December 22, 2024

Imut l-ewwel persuna mill-virus tal-Alaskapox

Aqra wkoll

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed tiżdied ir-riċerka globali, speċjalment fis-settur tas-saħħa. Riċentament, id-Dipartiment tas-saħħa tal-Alaska iddikjara li kellhom l-ewwel pazjent li miet kawża tal-virus magħruf bħala Alaskapox. 

Minn studju illi sar irriżulta, li dan it-tip ta’ virus jinxtered minn annimali li jkunu preżenti fil-foresti u għalhekk il-mikrobi jinxterdu minn fuq l-annimali għall-bnedmin. L-istess studju sab li s-sintomi ta’ dan il-virus jinkludu uġigħ fil-muskoli u problema kbira fil-ġilda. 

Il-vittma li huwa mill-peniżola ta’ Kenai kien qed jirċievi kura għall-marda iżda sfortunatament tilef ħajtu lejn l-aħħar ta’ Jannar. Fil-midja internazzjonali ntqal li dan il-vittma kien wieħed mis-seba’ infezzjonijiet biss irrapportati tal-Alaskapox, bl-ewwel waħda nstabet f’adult fis-sena 2015.

Ekonomija

Sport