Talk.mt jista’ jikkonferma li l-għaddas li sa ftit tal-ħin ilu kien qed jingħata CPR fix-Xatt l-Aħmar f’Għawdex wara li sab ruħu f’diffikutajiet miet fuq il-post.
Bħalissa x-Xatt l-Aħmar hemm uffiċjali tal-Pulizija li bdew jinvestigaw il-każ u se tkun qiegħda tinħatar inkjesta.
L-għaddas hu turist li kien qed jipprattika d-delizju tiegħu waqt mawra li kien qed jagħmel f’Għawdex.
Aktar kmieni: Għaddas isib ruħu f’diffikutà fix-Xatt l-Aħmar f’Għawdex
Għaddas bħalissa qiegħed jingħata l-għajnuna fix-Xatt l-Aħmar f’Għawdex wara li sab ruħu f’diffikutajiet waqt li kien qed jgħodos flimkien ma’ grupp ta’ persuni.
Sorsi li tkellmu ma’ talk.mt qalulna li l-għaddasa ndunaw li wieħed minn sħabhom kien qiegħed f’diffikutà u kien hawn li huma kaxkruh fil-baħar sakemm waslu fuq il-blat.
Fi ftit minuti waslu fuq il-post tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li mill-ewwel bdew jamministraw is-CPR fuq l-għaddas.
Hekk kif se jkun stabbli se jkun qiegħed jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar għajnuna medika.
Aktar dettalji kif jaslulna…