Wednesday, October 9, 2024

Imut l-imprenditur Silvio Zammit

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-imprenditur u l-eks Viċi Sindku ta’ Tas-Sliema Silvio Zammit fl-età ta’ 57 sena.

Kien it-tifel tiegħu Zack Zammit li ħabbar li missieru miet kmieni dalgħodu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

Zack kiteb: “Ftit kliem jistgħu jiddeskrivu l-vojt li ħallejt ġo fija. Mill-bidu sal-aħħar, fit-tajjeb u l-ħażin, grazzi ta’ kulma għamilt magħna. Missier ieħor bħalek żgur ma jkunx hawn. Qalb tad-deheb u dejjem ferrieħi. Strieħ fis-sliem Da.”

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu, kien hemm il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fejn taw il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Zammit kien akkużat b’kompliċità fuq tixħim ta’ €60 miljun minn kumpanija Żvediża tat-tabakk, liema każ imur lura għal 2012 fejn fih l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli allegatament kien involut.

Sport