Saturday, November 23, 2024

Imut Leon Fleisher, pjanist rinomat, li ħadem b’id waħda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-pjanist internazzjonali Leon Fleisher tilef il-battalja kontra l-kanċer fl-età ta’ 92 sena. Sfortunatament minkejja s-suċċessi li kiseb fil-bidu tal-karriera tiegħu bħala mużiċist, fl-1964 Fleisher żviluppa kundizzjoni newroloġika magħrufa bħala focal dystonia. Din il-kundizzjoni affetwatlu jdejh il-leminija li waslet biex temmet il-karriera tiegħu ħabta u sabta. 

Minkejja ċ-ċirkustanzi, sentejn wara d-dijanjosi, huwa ma tbiegħedx mill-karriera mużikali tiegħu u għaldaqstant beda jgħallem, sar konduttur fl-Institut Peabody f’Baltimore u saħansitra tgħallem juża, jikkomponi u jikteb mużika b’idejh ix-xellugija.

Wara tliet deċennji ta’ reżiljenza u terapija, irnexxielu jerġa’ juża jdejh mill-ġdid. 

Fleisher, li twieled fl-1938 f’San Francisco fl-Istati Uniti, beda jitgħallem idoqq il-pjanu ta’ erba’ snin fejn ħames snin wara ġie mitlub biex jibda jistudja taħt id-direzzjoni tal-pjanist famuż Artur Schnabel. 

Ta’ 16-il sena huwa daqq għall-orkestra filarmonica ta’ New York u minn hemm bdiet il-karriera tiegħu li misset il-qlub tan-nies minn madwar id-dinja. 

Sport