Sunday, December 22, 2024

Imut Luc Montagnier, il-virologu li skopra l-HIV

Aqra wkoll

Ir-riċerkatur Franċiż Luc Montagnier, il-bniedem li skopra l-virus tal-HIV, miet fl-età ta’ 89 sena. Montagner, li kien virologu, kien mexxa t-tim li fl-1983 identifika l-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) li jikkawża l-AIDS. Ta’ dan huwa kien rebaħ fil-Premju Nobel fl-2008. 

Il-Ministru Franċiż għall-Edu­kazzjoni għolja u r-Riċerka Frédérique Vidal fi stqarrija li ħareġ faħħar ix-xogħol ta’ Montagner u esprima l-kondoljanzi għall-qraba tiegħu.

F’dawn l-aħħar xhur Montagnier kien spiċċa fil-mira ta’ kritika minn bosta esperti u dan minħabba li hekk kif beda jinfirex il-virus tal-Covid-19 huwa kien wera l-qbil tiegħu ma’ informazzjoni qarrieqa dwar minn fejn seta’ oriġina dan il-virus. Is-sena li għaddiet, fuq dokumentarju Franċiż dwar il-Covid-19, Montagner qal li t-tilqim qiegħed joħloq il-varjanti tal-Covid-19.   Min-naħa l-oħra, l-esperti rribattew billi qalu li l-varjanti bdew ifeġġu ħafna qabel beda jingħata t-tilqim. 

Aktar kmieni din is-sena Montagner kien għamel diskors waqt protesta kontra ċ-ċertifikat tat-tilqim ġewwa Milan, l-Italja.  

Ekonomija

Sport