Saturday, December 14, 2024

Imut Mohamed Al Fayed, li kien is-sid ta’ Harrods fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Tard ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt ta’ Mohamed Al Fayed li kien is-sid tal-istabbiliment magħruf fiċ-ċentru ta’ Londra Harrods. Hu jiġi wkoll missier Dodi li kien miet flimkien mal-Prinċipessa Diana 26 sena ilu. Hu miet fl-età ta’ 94 sena.

Kienet il-familja tiegħu li tard ilbieraħ filgħaxija fi stqarrija qalet li Mohamed Al Fayed miet imdawwar bl-aktar persuni li jħobb f’ħajtu. Huma qalu li kien miet nhar l-Erbgħa 30 ta’ Awwissu. Fil-fatt ftit wara li tħabbret il-mewt tiegħu sar il-funeral.

Twieled fl-Eġittu fejn minn età żgħira bena imperu fin-negozju liema negozju bdieh mix-xejn. Kien lejn l-1970 meta ddeċieda li jemigra lejn ir-Renju Unit fejn fil-kapitali Londra kompla jifrex in-negozju tiegħu.

Minkejja li kien biljunarju, l-aħħar snin ta’ ħajtu għamilhom jipprova jsib x’wassal għal mewt ta’ ibnu Dodi u dak iż-żmien is-sieħba tiegħu Diana.

Ekonomija

Sport