Nicholas it-tifel tal-ġenju mużikali Andrew Lloyd Webber miet fl-aħħar sigħat wara li għal xhur sħaħ kien qed jiġġieled il-marda tal-kanċer. Hu miet fl-età ta’ 43 sena fl-Isptar Basingstoke, f’Hampshire fir-Renju Unit.
Kien missieru li ħabbar il-mewt tiegħu hekk kif fuq Twitter kiteb “il-familja kollha ninsabu miġburin flimkien u mbikkma bil-mewt ta’ Nicholas.
Matul il-ġurnata tal-bieraħ hekk kif Andrew Lloyd Webber kiteb ukoll li ibnu kien qiegħed fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu eluf kbar ta’ persuni bdew jibgħatu messaġġi fuq il-midja soċjali.
Andrew Lloyd Webber, wara li kien qed isegwi dawn il-messaġġi kollha kiteb “se mmur forsi tal-aħħar ħdejn ibni Nick… se ngħidlu li hawn ħafna qegħdin isellu għalih minn madwar id-dinja kollha.”