Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Nicky Briffa, l-Eks Sindku tal-Imqabba, fejn diversi persuni fosthom Ministri tal-Gvern sellmu l-memorja tiegħu.
Nicky kien persuna maħbub ferm mal-Imqabbin hekk kif meta kien is-Sindku tal-lokalità wettaq diversi proġetti u xogħol siewi għall-istess lokalità.
L-Eks Sindku kien ukoll ħaddiem ta’ One Complex fejn bl-għaqal tiegħu ra li l-istazzjonijiet tal-Partit Laburista jikbru u jimxu ‘l quddiem b’mod partikolari mil-lat finanzjarju.
Briffa kkontesta għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali l-ewwel darba fl-2009, fejn kien ġie elett fl-ewwel count.
Hu kien miżżewweġ lil Ġina, li flimkien kellhom żewġt itfal, Aldo u Aaron.