Miet Noah, it-tifel ta’ sena u erba’ xhur wara li sab ruħu f’diffikultà wara li nhar it-Tnejn li għadda waqa’ f’pixxina ta’ residenza privata.
Kien messier it-tifel li permezz tal-midja soċjali ħabbar li binhom kien tilef ħajtu eżatt ftit tal-ħin wara li ntemmet ił-velja ta’ talb li saret f’Ta’ Pinu.
l-Pulizija kienet ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ġnien Imrik, ix-Xagħra, Għawdex.
Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lit-tifel mitluf minn sensih.
Ambulanza kienet ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u aktar tard , it-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter għal aktar assistenza medika.
Il-Maġistrat Dr Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.