Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Noel Cacciottolo fl-età ta’ 67 sena. Hu jibqa’ magħruf għall-ispirazzjoni u l-għajnuna li dejjem ta lil ħaddieħor.
Kien 13-il sena ilu meta tilef siequ wara li sofra trombożi. Minkejja kull tbatija xorta baqgħet tispikka fih id-determinazzjoni u dejjem jara kif jagħmel biex jgħin lil ħaddieħor.
Tliet snin biss wara li tilef siequ huwa ħa sehem fl-ewwel maratona tiegħu.
Hekk kif kienu mijiet li sellmu l-memorja tiegħu, iddeskrivewh bħala bniedem ta’ kuraġġ, determinat, immotivat u persistenti. Tispikka wkoll fih, il-ħbiberija sabiħa li kien kapaċi jagħti.
Cacciottolo pparteċipa f’diversi maratoni bil-wheelchair u anke għamel l-iscuba diving. Kien jappoġġja wkoll t-tindif li kien isir fil-baħar minn Raniero’s Adventures.