Monday, April 21, 2025

IMUT PAPA FRANĠISKU

Aqra wkoll

Papa Franpisku miet dalgħodu l-għada tal-Għid il-Kbir, fl-età ta’ 88 sena fir-residenza ta’ Casa Santa Marta fil-Vatikan.

Papa Franġisku kien il-266 Kap tal-Knisja Kattolika u kien ħa t-tmexxija f’idejh fit-13 ta’ Mejju tal-2013 wara li Papa Benedittu XVI kien irriżenja.

Imwieled fil-belt ta’ Buenos Aires fl-Arġentina fis-17 ta’ Diċembru tal-1936 iben ġenituri immigranti u kien wieħed minn fost il-ħamest aħwa.

F’Marzu tal-1958 kien daħal mal-Komunità tal-Giżwiti fejn hemm anke studja u gradwa fil-Filosofija.

Hu kien ġie ordnat saċerdot f’Diċembru tal-1969 fejn hemm kompla jistudja u sar Professur tat-Teoliġija.

Kien fl-1998 meta Bergoglio kien inħatar Arċisqof ta’ Buenos Aires fl-Argentina. Baqa’ f’din il-kariga sakemm inħatar Papa fl-2013.  

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II kien ħatar lill-Arċisqof Bergoglio bħala Kardinal fi Frar tal-2001.

Hu kellu mħabba kbira lejn l-immigranti u anke l-aktar batuti fis-soċjetà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport