Thursday, October 24, 2024

Imut Ron Ely magħruf għall-karattru ta’ Tarzan

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-attur Amerikan Ron Ely l-aktar magħruf għall-karattur li kien ħadem fil-film Tarzan. Hu miet fl-età ta’ 86 sena.

Kienet binu Kirsten Casale li fuq il-midja soċjali kitbet li missierha kien ħalla din id-dinja filwaqt li tgħid li kienet tilfet wieħed mill-aqwa rġiel li qatt kellha f’ħajjitha. Hu miet imdawwar mill-familjari tiegħu fir-residenza li kellu f’Los Alamos f’Santa Barbara.

Ely kien sar magħruf sew bħala l-attur li ħadem il-karattru Tarzan fejn kien ixxandar għall-ewwel darba fuq NBC bejn l-1966 u l-1968.

L-attur kien iżżewġġeġ fl-1959, iżda kien iddevorzja sentjen wara. Waqt li kien qiegħed jagħti sehmu f’Moss America kien iltaqa’ mat-tieni mara tiegħu Valerie Lundeen, li minn din kellu 3 itfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport