Saturday, September 14, 2024

Imut Sven-Goran Eriksson fl-etá ta’ 76 sena

Aqra wkoll

L-eks manager tat-tim nazzjonali Ingliż Sven-Goran Eriksson miet fl-età ta’ 76 sena.

Eriksson, l-ewwel maniġer mhux Brittaniku tat-tim nazzjonali tal-Ingilterra, mexxa lit-Three Lions għall-kwarti tal-finali fi tliet tournaments ewlenin matul il-perjodu ta’ ħames snin tiegħu fit-tmexxija bejn l-2001 u l-2006.

F’Jannar Eriksson qal li kellu biss madwar sena x’jgħix wara li ġie djanjostikat bil-kanċer.

Il-familja tiegħu qalet nhar it-Tnejn: “Sven-Goran Eriksson miet. Wara marda twila, huwa miet filgħodu fid-dar imdawwar mill-familja.”

L-Iżvediż mexxa 12-il klabb, fosthom Manchester City, Leicester, Roma u Lazio, fejn rebħu 18-il trofew.

Eriksson kellu wkoll perjodi responsabbli mill-Messiku, il-Kosta tal-Avorju u l-Filippini.

Wara li rtira bħala plejer fl-età ta’ 27 sena, Eriksson beda l-karriera maniġerjali tiegħu ma’ Degerfors fl-1977 qabel ma ngħaqad mal-Iżvediżi ta’ Gothenburg, fejn rebaħ it-titlu Żvediż, żewġ tazzi Żvediżi u t-Tazza UEFA tal-1982.

Imbagħad kompla jgawdi żewġ perjodi mal-ġganti Portugiżi Benfica kif ukoll mexxa l-klabbs Taljani Roma, Fiorentina, Sampdoria u Lazio – fejn rebaħ seba’ trofej fosthom it-titlu tas-Serie A, żewġ Coppa Italia u t-Tazza tat-Tazzi.

Wara d-dijanjosi tiegħu Eriksson qatta’ s-sena jżur xi wħud mill-eks klabbs tiegħu, inklużi Lazio u Sampdoria.

F’Marzu l-Iżvediż, partitarju ta’ Liverpool tul il-ħajja, għen biex imexxi tim ta’ Liverpool Legends li għeleb lil Ajax Legends 4-2 f’Anfield.

Huwa qasam messaġġ fi tmiem il-film dokumentarju l-ġdid tiegħu ‘Sven’, li ħareġ aktar

kmieni matul dan ix-xahar.

Huwa qal: “Nispera li tiftakruni bħala raġel pożittiv li qed jipprova jagħmel dak kollu li jista’ jagħmel.

“Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u ħudu ħsieb ħajjitkom. U għixuha.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport