Raġel tilef ħajtu wara li aktar kmieni kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Sqaq iż-Żiemel f’Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 57 sena residenti Birkirkara kien waqa’ minn għoli ta’ madwar ħames sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanza, iżda r-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.
B’rabta ma’ dan l-inċident infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.