Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tal-aktar raġel sinjur tal-Korea t’Isfel. Lee Kun-hee, li kien iċ-ċermen ta’ Samsung Electronics Co, miet fl-età ta’ 78 sena. Lee għen lil missieru Lee Byung-chull iex ikabbar in-negozju tiegħu tan-noodles b’tali mod li sa Mejju ta’ din is-sena l-kumpanija kellha assi ta’ $375 biljun.Skont Forbesm Lee Kun-hee se jkun qed iħalli għall-werrieta tiegħu madwar $20.9 biljun.
Postu fil-kumpanija ta’ Samsung misteni li jittieħed minn ibnu Lee Jae-yong, li wkoll huwa fost l-aktar persuni għonja fid-dinja.