Tuesday, January 7, 2025

Imutu 10 persuni wara li blokka appartamenti fi Franza ħadet in-nar

Aqra wkoll

10 persuni tilfu ħajjithom wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu blokka appartamenti fi Franza ħadet in-nar.

Skont l-uffiċjali tal-lokal l-inċident seħħ f’bini residenzjali ta’ għoli madwar seba’ sulari fiż-żona Vaulx-en-Velin viċin il-Belt ta’ Lyon.

Fil-post issejħu madwar 170 pumpier/a sabiex jassistu fit-tifi tan-nar, però sfortunatament ma rnexxilhomx isalvaw lin-nies kollha.

L-awtoritajiet ikkonfermaw li ħamsa mill-vittmi huma tfal li għandhom bejn tliet snin u 15-il sena. Barra minn hekk erba’ persuni qed jiġi rikoverati l-isptar filwaqt li 10 persuni oħra, inkluż żewġ pumpiera, sofrew ġrieħi ħfief.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex il-blokka ħadet in-nar.

Ekonomija

Sport