Friday, May 17, 2024

Imutu 61 persuna fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar għaxar snin

Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena diġà tilfu ħajjithom 9 persuni

Aqra wkoll

Minkejja l-impenn qawwi tal-Awtoritajiet Maltin fuq quddiem nett mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol (OHSA), bejn l-2012 u l-2022, 61 persuna tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol fil-gżejjer Maltin.

Minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena kienu diġà mietu 9 persuna, u dan ifisser li hu l-ogħla rata ta’ mwiet meta tqis li l-aktar sena li tilfu ħajjithom ħaddiema fuq il-post tax-xogħol kien fl-2021 meta kienu mietu wkoll 9 persuni.

Skont informazzjoni li ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, l-Onor. Clyde Caruana, l-inqas sena li fiha miet nies fuq il-post tax-xogħol kien fl-2017 meta ġie rraportat każ wieħed biss.

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol (OHSA), kontinwament tagħmel appelli lill-ħaddiema u anke lil min iħaddem biex jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji waqt li jkun qiegħed isir kull tip ta’ xogħol. Apparti minn hekk, l-istess Awtorità tagħmel diversi spezzjonijiet madwar Malta u Għawdex biex kemm jista’ jkun tnaqqas l-abbużi.

Sport