Monday, November 4, 2024

Imutu aktar minn 14-il elf persuna f’Malta fl-aħħar 3 snin

Aqra wkoll

Fl-aħħar tliet snin mietu 14,828 persuna f’Malta u dawn kollha kellhom ċittadinanza Maltija.

Din il-figura ħarġet hekk kif il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Dr Said staqsa lil Ministru Camilleri kemm kien kien in-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija li mietu f’dawn l-aħħar erba’ snin, maqsuma sena b’sena?

Fi tweġiba tiegħu, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza qal li kienu 14,828 persuna ta’ nazzjonalità Maltija li l-mewt tagħhom kienet irreġistrata mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew mar-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex fl-aħħar erba’ snin.

F’aktar dettall hu qal li fis-sena 2020 f’Malta mietu 3,663 persuna filwaqt li f’Għawdex ġew irreġistrati 268 persuna mejtin b’total ta’ 3,931. Din is-sena kienet is-sena li pajjiżna kien jinsab fil-pandemija tal-Covid-19.

Għas-sena 2021 f’Malta ġew irreġistrati 3,680 mewt filwaqt li f’Għawdex kien hemm 311-il mewt b’total ta’ 3,991 persuna li mietu fil-gżejjer Maltin u kellhom ċittadinanza Maltija.

Fis-sena 2022 f’Malta kien hemm 3,711-il mewt filwaqt li f’Għawdex kien hemm 281 persuna mejta. Dan jgħodd għal total ta’ 3,992 persuna.

Għal din is-sena rikorenti, s’issa ġew irreġistrati 2,699 mewt f’Malta filwaqt li f’Għawdex kien hemm 215-il persuna li mietu. B’kollox s’issa din is-sena mietu 2,914-il persuna.

Sport