Friday, December 13, 2024

Imutu ħames anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

Komplew jonqsu l-każi attivi ta’ Covid-19 wara li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kien hemm aktar persuni li fiequ milli każi ġodda.

Fil-fatt, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 195 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 310 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 2,555.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 565 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ nisa li kellhom 84 u 87 sena, u tliet irġiel li kellhom 80, 83 u 86 sena rispettivament, waqt li kienu pożittivi għall-Covid.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 86 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’sitta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,220,359 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 333,738 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport