Tuesday, January 7, 2025

Imutu iktar minn 50 persuna kawża ta’ terremot fiċ-Ċina 

Aqra wkoll

Mill-inqas madwar 53 persuna ġew ikkonfermati mejta u mat-62 oħra ndarbu wara li terremot kbir laqat ir-reġjun tat-Tibet fiċ-Ċina it-Tlieta filgħodu. Dan ġie kkonfermat mill-midja tal-istat Ċiniża. 

It-terremot li laqat il-belt ta’ Shigatse tat-Tibet għall-ħabta tad-9.00 a.m., kellu qawwa ta’ 7.1 u fond ta’ 10 kilometri. Ingħad li l-istess terremot inħass fin-Napal u f’partijiet mill-Indja. 

Ġie rrappurtat li t-terremoti huma komuni fl-istess reġjun fejn seħħ l-inċident. F’filmati li ġew imxandra fuq il-midja soċjali, dehru diversi djar imġarrfin filwaqt li l-ħaddiema ta’ salvataġġ kienu għaddejjin b’ħidma biex isalvaw lin-nies minn taħt it-tifrik. 

Il-President Ċiniż Xi Jinping sejjaħ ukoll għal aktar sforzi ta’ tfittxija u salvataġġ. 

Lura fl-2015, fil-pajjiż kien seħħ terremot li kellu qawwa ta’ 7.8, li konsegwenza tiegħu mietu kważi 9,000 persuna u ndarbu aktar minn 20,000 persuna. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport