Madwar 1,000 annimal tilfu ħajjithom fis-suq famuż ta’ Chatuchak f’Bangkok. Dan hekk kif kmieni nhar it-Tlieta, dan inħakem minn nirien kbar bil-konsegwenza li qered ukoll kważi mal-100 ħanut.
Ġie irrapurtat li diversi annimali nstabu maħruqa, fosthom; għasafar, klieb, qtates u sriep. Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet qalu li kollox beda kawża ta’ xi ħsara fl-elettriku, filwaqt li rrimarkaw li f’dan l-inċident ma weġġgħux persuni.
Skont spezzjoni preliminari illi saret, irriżulta li l-istess nirien kkawża ħsara lil 118 -il ħanut li jinsabu qrib iż-żona tal-annimali domeestiċi u li dawn ikompru madwar 1,400 metru kwadru.
Persuna li rnexxielha taħrab minn fuq il-post dak il-ħin tal-inċident, spjegat kif kulħadd induna hekk kif l-annimali bdew jimbħu u li hekkkif l-inbieh kompla jeskala, raw daħna kbira.