Friday, February 13, 2026

Imutu minn tal-inqas 31 persuna u 6,870 midruba wara ċiklun ta’ 267 km/hr f’Madagaskar

Aqra wkoll

It-traċċi ta’ distruzzjoni li ħalla wara ċ-ċiklun tropikali Gezani wassal biex jitilfu ħajjithom mal-31 persuna. Dan ġie kkonfermat mill-Uffiċċju tad-Diżastri tal-pajjiż.

F’dan il-kaos tragiku, jirriżulta li hemm mal-erba’ persuni nieqsa u 36 persuna li qed isofru minn ġrieħi serji. Midja internazzjonali rraputat ukoll li hemm iktar minn 250,000 persuna li nqabdu bħala vittmi tad-diżastru.

Il-ċiklun kellu qawwa ta’ 167 mil fis-siegħa (270 km/h), bi riħ sostenut ta’ 115 mil fis-siegħa (185 km/h) — bi biżżejjed saħħa biex jinqerdu sajjar tal-metall mit-tarf tal-bejt u jitneħħew siġar kbar mill-għeruq tagħhom.

Dan ġara wara li ċiklon preċedenti qattilhom 14 persuna u kkawża li 85,000 oħrajn jinżlu mill-posthom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport