Friday, November 22, 2024

Imutu tliet anzjani li kienu pożittivi għall-COVID-19

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li tlett anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-9 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjana ta’ 82 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. Fit-tielet każ, anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni, biex b’hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Sport