Saturday, October 26, 2024

Imutu żewġ anzjani oħrajn bil-Covid-19; L-imwiet issa telgħu għal 78

Aqra wkoll

In-numru tal-vittmi bil-Covid-19 f’pajjiżna tela’ għal 78 wara li l- inisteru għas-Saħħa kkonferma li żewġ anzjani oħrajn mietu wara li rriżultaw pożittivi għall-virus.

Il-Ministeru qal li fl-ewwel każ anzjan ta’ 79 sena kien irriżulta pożittiv nhar is-6 ta’ Novembru, filwaqt li f’każ ieħor anzjan ta’ 71 sena rriżulta pożittiv fil-31 ta’ Ottubru.

It-tnejn li huma mietu fl-Isptar Mater Dei.

L-imwiet taż-żewġ irġiel kienet komunikata wara li aktar kmieni llum kien ikkonfermat li anzjana ta’ 91 sena kienet mietet ukoll wara li rriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Intant aktar kmieni llum tħabbar li 102 persuni rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li rkupraw 103.

Sport