Sunday, November 24, 2024

Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li feġġew 50 każ ġdid u fiequ 40 persuna oħra. B’dan il-mod, it-total tal-każi attivi issa huwa 731.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu ukoll li bħalissa hemm 33 pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 u li erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet issa huwa 449 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 83 sena u mara ta’ 84 sena waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

B’rabta mal-programm tat-tilqim, sal-bieraħ kienu ngħataw 805,439 doża tal-vaċċin li minnhom 2,240 huma booster dose.

Sport