Sunday, December 22, 2024

Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 22 każ ġdid u rkupraw 32 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 574.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 22 persuna rikoverati u li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-Covid-19 issa telgħu għal 455 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 90 sena u anzjan ta’ 99 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 811,753 doża tal-vaċċin li minnhom 5,059 huma booster dose.

Ekonomija

Sport