Saturday, November 16, 2024

Imwaqqaf kumitat tekniku bil-għan li ssir reviżjoni tal-Wage Regulation Orders

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul ħabbar li qed jitwaqqaf kumitat ta’ esperti sabiex issir reviżjoni tal-Wage Regulation Orders (WROs). Id-WROs jinkludu diversi liġijiet differenti li jirregolaw setturi speċifiċi tax-xogħol. Il-kumitat tekniku ser ikun qiegħed janalizzahom u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu indirizzati anomaliji u b’hekk tinħoloq uniformità fil-liġi tax-xogħol.

Is-Segretarju Parlamenti Andy Ellul semma kif preżentament jeżistu numru ta’ diskrepanzi fil-WROs, fosthom fin-numru ta’ sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa u fuq in-numru ta’ ġranet relatati mas-sick leave u l-vacation leave. Huwa tenna li din ir-reviżjoni ser tkun qed issir b’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

“Permezz ta’ din l-inizjattiva mhux biss ser tiġi mwettqa miżura elettorali oħra, iżda ser ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema filwaqt li tinħoloq ċertezza legali,” stqarr is-Segretarju Parlamentari Ellul.

Il-kumitat tekniku huwa magħmul minn dawn l-esperti dwar il-liġi tax-xogħol:

  • Chairperson: Dr Christine Calleja LL.M., LL.D
  • Deputat Chairperson (ex-officio): Diane Vella Muscat, Direttur Ġeneral Tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER)
  • Membru: Dr Roselyn Borg Knight, Chairperson tal-Employment Relations Board (ERB)
  • Membru: Dr Matthew Brincat LL.M., LL.D
  • Membru: Mr Roberto Cristiano
  • Membru:  Dr Cory Greenland
  • Membru: Josef Bugeja
Ekonomija

Sport