Bil-għan li tkompli tiżdied is-sigurtà fit-toroq, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saru aktar spezzjonijiet mill-uffiċjali ta’ Transport Malta flimkien mal-Pulizija. Fil-fatt, fi Triq Tul il-Kosta twaqqfu aktar minn 320 karozza u nħarġu kważi 100 taħrika. Dan filwaqt li saru żewġ arresti u ġew elevati 13-il karozza.
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia saħaq li l-abbuż mhux se jkun ittollerat aktar u jeħtieġ li jkun hemm aktar dixxiplina fit-toroq tagħna.
“Se nkomplu nsaħħu l-preżenza tal-uffiċjali ta’ Transport Malta u nżidu s-sigurtà fit-toroq,” tenna l-Ministru Farrugia.