Tuesday, April 8, 2025

Imwettqa miżuri li jolqtu l-aktar lill-ħaddiema u l-familji

Aqra wkoll

Il-Gvern jinsab impenjat li jkompli miexi bil-proċess għat-twettiq tal-proposti tal-manifest elettorali “Malta Flimkien” li l-Partit Laburista kien ressaq quddiem il-poplu b’1,000 proposta għall-elezzjoni ġenerali tal-2022. 

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi ta ħarsa ta’ kemm ġew imwettqa sa issa minn dawn il-proposti, fejn ir-rata ta’ implimentazzjoni hija aktar minn 66%. Dan juri li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jwettaq aktar minn dawn il-proposti hekk kif għad fadal sentejn oħra għall-elezzjoni.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal ukoll li medja ta’ 60% tal-miżuri li tħabbru fl-aħħar tliet budgets kienu proposti tal-manifest elettorali. Huwa kompla jgħid li r-riżultati fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali huma xhieda tal-impenn kbir li għaddej bih il-Gvern fiż-żmien li ġej matul din il-leġiżlatura.

“Id-direzzjoni tal-Gvern hi msejsa fuq dak li tana l-mandat elettorali fl-2022 iżda l-implimentazzjoni hi ħidma kbira li sseħħ ta’ kuljum b’mod organizzat u kordinat, b’mod li jagħtina dawn is-suċċessi u l-kisbiet li huma diretti għal kulħadd,” qal il-Ministru Zrinzo Azzopardi filwaqt li ta wkoll rendikont ta’ dak li ġie implimentat matul l-aħħar sena, l-aktar b’risq il-ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin. 

IL-ĦADDIEMA U X-XOGĦOL

  • L-inqas livelli ta’ qgħad fl-istorja.
  • Żdiedet il-paga minima 
  • Equal pay for equal work fis-settur privat
  • L-urgent family leave ġie estiż għal 32 siegħa
  • L-aqwa ftehim kollettiv għal 33,000 impjegat tal-Gvern

B’RISQ IL-ĦADDIEMA U L-FAMILJI TAGĦHOM

  • L-iskema Stabbiltà biex tnaqqset l-inflazzjoni
  • 100,000 familja jerġgħu jibbenefikaw mill-mekkaniżmu addizzjonali għall-COLA (€100 u €1,500 fis-sena)
  • Tnaqqis fit-taxxa li qed iħalli €140 miljun fi bwiet tal-Maltin
  • 250,000 persuna jerġgħu jirċievu rifużjoni tat-taxxa
  • Żieda ta’ €250 oħra fiċ-children’s allowance għal kull wild
  • Tneħħiet it-taxxa tal-VAT minn fuq il-prodotti sanitarji
  • Il-bonus għat-twelid tela’ għal €1,500 fil-każ tat-tielet wild
  • L-inizjattiva “Żomm, Tarmix” favur il-ġustizzja soċjali u kontra l-ħela tal-ikel
  • Aktar għajnuna għal min ikollu bżonn jarma sensory room għal tfal bl-awtiżmu.

B’RISQ L-ANZJANI TAGĦNA

  • L-anzjani li għandhom ‘l fuq minn 75 sena u li jirċievu l-għajnuna supplimentarja huma awtomatikament eleġġbbli għall-mediċini b’xejn fuq il-formularju tal-Gvern
  • Il-pensjonanti rċevew żieda oħra ta’ €8 fil-ġimgħa jew €416 fis-sena, li tinkludi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja (€5.24 fil-ġmgħa). Iż-żieda fil-ġimgħa fil-pensjoni (li teskludi l-COLA) bejn l-2023 sal-2025 kienet ta’ €7.55.
  • Matul l-2024, is-servizz CommCare wettaq madwar 1.3 miljun intervent, b’medja ta’ kważi 5,000 persuna kull xahar li bbenefikaw minn dan is-servizz essenzjali.

B’RISQ IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U S-SISTEMA EDUKATTIVA

  • Iffirmat l-aqwa ftehim għall-edukaturi bejn il-Gvern u l-MUT
  • €10 miljun biex ġiet imġedda l-Garanzija għaż-Żgħażagħ
  • It-tieni pagament ta’ €1,000 lill-first time buyers (minn 10 fuq medda ta’ 10 snin)
  • Aktar familji jirċievu l-għajnuna supplimentarja għall-istudenti
  • Żieda fl-istipendju għall-istudenti li jsegwu wieħed minn 46 kors prescribed fl-Università ta’ Malta jew fl-MCAST.
  • L-iskejjel Primarji fl-Imsida u fir-Rabat, Għawdex, fetħu l-bibien tagħhom.
  • Ġie inawgurat Ċentru ta’ Servizzi għat-Tfal, Adoloxxenti u Żgħażagħ fir-Rabat, Għawdex.

AMBJENT AĦJAR GĦALL-ĦADDIEMA U L-FAMILJI

  • Sal-aħħar tal-2024, Project Green lestiet 16-il proġett għal spazji miftuħa u xogħlijiet fuq 10 widien.
  • Matul l-2025, Porject Green qed tippjana li tlesti 19-il proġett (11 minnhom taħt il-Community Greening Grant), Bengħajsa Phase 2, community garden fil-Qrendi, William Harding Garden f’Pembroke u ECO Garden fix-Xewkija
  • Spazji miftuħa fuq artijiet tal-Gvern f’Ħal Luqa, Ħal Lija, San Ġiljan u Ħal Kirkop
  • Ġie inawgurat Ġnien fuq il-Glażiż
  • Imħabbra 14-il proġett f rħula madwar Malta bħala parti mill-inizjattiva Vjal Kulħadd.
  • Pakkett ta’ inċentivi intiżi biex inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku.

L-ENERĠIJA

  • Il-Gvern baqa’ jissusidja l-prezzijiet tal-enerġija b’nefqa ta’ €930 miljun.
  • Investiment qawwi fit-tiġdid tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
  • L-Italja tat l-approvazzjoni tagħha biex jiġi żviluppat it-tieni interconnector ma’ pajjiżna.
  • Ġew estiżi l-iskemi għax-xiri ta’ vetturi elettriċi ġodda.

RIFORMI

  • Deterrent akbar għal min jaggredixxi membri tal-Korp tal-Pulizija.
  • Ir-riforma “Nagħtu t-Tieni Ċans” toqrob biex tkun approvata mill-istadji kollha tal-Parlament.
  • Qed jiġu evalwati s-sottomissjonijiet dwar ir-riforma għall-Qorti tal-Familja
  • Strateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali għall-10 snin li ġejjin.
  • Abbozz ta’ Politika Nazzjonali għat-Tfal 2024-2030
  • Issokta x-xogħol fuq ir-riforma fis-settur tal-kostruzzjoni
  • Bdew ħerġin il-liċenzji tal-bennejja u l-kuntratturi
  • Bi ftehim mal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), il-Kamra tal-Periti se tkun l-imsieħba prinċipali li tabbozza l-Kodiċi tal-Bini u l-Kostruzzjoni

B’RISQ IL-KOMUNITAJIET

  • Inawgurata ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali
  • Tlestew Pjazza Mitrovic fl-Isla, Pjazza Arċisqof Gonzi u x-Xatt tal-Kalkara
  • Inawgurat l-Ispazju Internazzjonali għall-Arti Kontemporanja ta’ Malta – MICAS
  • Inxtraw 12-il sede ta’ Każini ta’ Baned filwaqt li tlieta oħra jinstabu fi stadju ta’ diskussjoni
  • Ġie mniedi s-Screen Support Scheme, skema mmirata speċifikatament biex issaħħaħ l-industrija indiġena tal-filmms u tal-iscreen f’Malta. 

Fil-kummenti konklussivi tiegħu, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi tenna li dawn huma kollha inizjattivi li hemm ħaġa waħda torbothom flimkien, dik li naraw lil dan il-pajjiż jibqa’ jirnexxi, jimxi ’l quddiem u joffri aktar u aktar opportunitajiet għal kulħadd. “Iżda fuq kollox dan hu pajjiż li s-suċċess tiegħu se jiddependi mit-tkabbir ekonomiku, mill-ħolqien tax-xogħol, mill-kwalità tal-ħajja aħjar, mill-impenn biex ngħinu aktar lill-familji, nassiguraw aktar suċċess għaż-żgħażagħ fl-oqsma kollha u li jinħolqu bilanċi ġodda bejn il-ħtiġijiet ġodda li għandha s-soċjetà biex b’hekk naraw li verament pajjiżna jkollu s-suċċess li jixraq bl-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi estensivi li huma l-bażi tal-mandat elettorali li għandu dan il-Gvern.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport