Imwielda tħadden il-valur tal-propoganda minn ta’ eta’ żgħira, Emma Goldman sostniet l-ugwaljanza tan-nisa, l-imħabba ħielsa, id-drittijiet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni universali b’xejn irrispettivament mir-razza jew is-sess, u l-anarkiżmu. Għal aktar minn tletin sena, iddefiniet il-limiti tal-qbil u l-espressjoni ħielsa fl-Amerika ta’ Era Progressiva.
Dinja immexxija mill-Biża’
Emma Goldman twieled fl-1869 fil-Litwanja minn familja Russa-Lhudija, li xogħol ommha u missierha kien dak ta’ bejjiegħa tal-ħwienet. Bdiet tieħu l-edukazzjoni tagħha fil-Prussja tal-Lvant u f’San Pietruburgu, hekk kif hi flimkien mal-familja tagħha emigraw hemmhekk fl-1881, ftit tax-xhur wara li kien inqatel Czar Alessandru II.
Kien għalhekk li Goldman għexet f’dinja mmexxija mill-biża’ u l-pulizija sigrieta kullimkien. Hekk kif laħqet l-eta’ taż-żgħożija, bdiet tħaddan il-valuri u ideat tal-moviment rivoluzzjonarju Russu. Il-moviment kien iħaddan valuri u jemmen li s-soċjetà għandha tkun ugwali u ħielsa u li permezz tal-istess moviment, il-problemi kollha jistgħu jiġu solvuti fuq l-art, minn nies ordinarji.
Diżappuntat kbir mill-Amerika
Ta’ għoxrin sena, jiġifieri fis-sena tal-1885, Goldman emigrat lejn l-Istati Uniti. Fl-Amerika, it-tama kbira li kellha fuq il-pajjiż sfaxxa. Dan hekk kif hija kienet qabdet taħdem f’fabbrika tal-ħwejjeġ u kien hemmhekk fejn irrealizzat li mhux qegħda kuntenta fuq xogħolha. Sena wara l-wasla tagħha fl-Istati Uniti, hija kienet ixxukkjata bil-proċess, il-kundanna, u l-eżekuzzjoni ta’ attivisti tax-xogħol akkużati b’mod falz b’bumbardament f’Haymarket Square f’Chicago. Wara li dawn il-ħaddiema sfaw maqtula, Goldman iddikjarat li l-Amerika kien l-aktar pajjiż li miegħu jġib diżappunt kbir.
Fl-Istati Uniti kienet għamlet madwar erbgħa snin toqgħod hemm. F’ġurnata sajfija, mqanqla minn temperaturi ta’ sħana kbira lura għas-sena 1889, Emma Goldman iddeċidiet li tħalli lil familja ta’ oħtha li kienet qegħda tgħix magħhom ġewwa l-Istati Uniti. Eventwalment ħadet id-deċiżjoni sabiex titla ferrovija li wasslitha għad-destinazzjoni tagħha, dik ta’ New York
Bidu milll-ġdid
Hekk kif waslet fil-belt t’ New York hija bdiet tadatta. Ftit wara, fl-istess belt, hija ingħaqdet mal-moviment li jħadden l-anarkiżmu Ġermaniż u ltaqgħet ma’ wieħed mill-mexxejja tiegħu, l-editur Johann Most. Dan ken wieħed mill-bosta persuni li għenu lil Goldman sabiex tkun kellima soda u sabiex ma tibżax tgħid dak li kellha tgħid.
Kien hemmhekk stess, fejn hi ltaqgħet mar-raġel li kien se jsir l-iktar persuna importanti u li jibqa’ f’ħajjitha, Alexander Berkman. L-impenn tagħha lejn Berkman kien bla limitu, u fl-1892, saret aċċessorju fl-attentat ta’ qtil kompliċi flimkien ma’ Berkman tal-magnat tal-azzar Henry Clay Frick bħala vendetta għat-trattament selvaġġ ta’ Frick lill-ħaddiema waqt l-Istrajk tal-Azzar ta’ Homestead.
Rivoluzzjoni fuq il-Pjan Russu
Goldman u Berkman esprimew idea ta’ vjolenza rivoluzzjonarja – fil-forma ta’ qtil politiku – li ġejja mill-esperjenzi Russi tagħhom. Huma kienu jemmnu li jekk kienu se jeħilsu minn Frick kienu se jaqbdu rivoluzzjoni. Hija minħabba din ir-raġuni li kemm Emma Goldman, kif ukoll Alexander Berkman ma fehmux li hemm differenza kbira meta wieħed jgħix fl-Istati Uniti u meta wieħed jgħix ġewwa r-Russja.
Jiddefendu irrispettivament jekk joqtlux jew le
Goldman kien setitħabbel f’att ieħor ta’ vjolenza politika disa’ snin wara l-attentat fuq il-ħajja ta’ Frick. Fis-sena tal-1901 il-President William McKinley inqatel minn anarkista awtoproklamat, Leon Zcolgosz, li qal li kien ispirat minn waħda mil-letturi ta’ Goldman. Goldman daħlet tiddefendi lil lettur Loen Zcolgosz.
Dakinhar hija qalet ; “bħala anarkista, jien kontra l-vjolenza. Imma jekk in-nies iridu jeliminaw l-assassini, iridu jeliminaw il-kundizzjonijiet li jipproduċu l-qattiela.” Kollox għalhekk jindika li tul ħajjtiha Goldman kienet topponi l-vjolenza fit-teorija iżda tiddefendiha fil-prattika billi tgħaddi t-tort għal l-atti ta’ vjolenza fuq l-istat jew l-klassijiet governattivi.
Sentejn ħabs għal Goldman u Berkman
Fl-eqqel tar-Red Scare, Goldman u Berkman intbagħtu l-ħabs talli opponew l-abbozz matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Minkejja li Berkman u Goldman kienu jagħmlu kollox ma’ xulxin, huma kellhom jiskontaw sentenza ta’sentejn priġunerija l’bogħod minn xulxin. Goldman għamlet sentenejn fil-Penitenzjarju tal-Istat ta’ Missouri f’Jefferson City, filwaqt li Berkman qatta’ s-sentenza tal-ħabs f’Atlanta, fil-Ġorġja.
Berkman u Goldman deportati u diżillużi
F’Diċembru tal-1919, Goldman u Berkman ġew deportati lejn ir-Russja Sovjetika, hekk kif ir-rivoluzzjoni hemmhekk għerqet fil- korruzzjoni. Wara sentejn ta’ agonija, Goldman u Berkman iddeċidew li jitilqu mir-Russja u javżaw lid-dinja dwar dak li kienu raw.
Emma Goldman u l-komuniżmu Sovjetiku
Għal Goldman it-tradiment tar-rivoluzzjoni ma setgħax jingħad fi kliem. Minħabba din ir-raġuni, hija kienet kitbet sensiela ta’ artikli għan-New York World li jesponu l-kundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi ħorox fir-Russja. Ir-rakkont tagħha tal-esperjenzi tagħha fl-Unjoni Sovjetika l-ġdida kitbitu fi kiteb li semmiethu ‘My Disillusionment with Russia’. Matul is-snin għoxrin u tletin hija kompliet bl-isforzi tagħha biex tikxef lir-reġim Bolxevik bħala dittatorjat reazzjonarju bbażat fuq it-terroriżmu u l-persekuzzjoni.
Ritorn Finali Mill-Eżilju
F’Mejju 1940 Goldman mietet b’puplesija f’Toronto, fil-Kanada. Għalkemm kienet ġiet miċħuda milli tidħol fl-Istati Uniti ħlief għal żjara qasira waħda fl-1934, tħalliet taqsam il-fruntieri minħabba l-mewt tagħha. Dan hekk kif, hija indifnet fiċ-ċimiterju ta’ Waldheim ġewwa Chicago, ħdejn l-oqbra tal-martri ta’ Haymarket.