In-Nazzjonijiet Uniti sejħet għall-waqfien immedjat mill-ġlied ġewwa l-Libja wara li fl-aħħar sigħat kien hemm rapporti ta’ ġlied imdemmi bejn fazzjonijiet politiċi differenti ġewwa l-kapitali Tripli.
Il-Ministeru tas-Saħħa tal-Libja qal li fil-ġlied li kien hemm fl-aħħar sigħat minn tal-inqas 23 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li għexieren oħrajn sofrew ġrieħi. Il-Libja ilha mill-2011 tesperjenza instabbiltà politika sewwasew minn meta Muammar Gaddafi kien ġie mneħħi mit-tmexxija bi rvellijiet megħjuna min-NATO.
Dan l-aħħar każ żvolġa hekk kif il-forzi armati tal-gvern rikonoxxut internazzjonalment ipprovaw iwaqqfu konvoj ta’ milizzji li huma leali lejn Fathi Bashagha li l-parlament tal-Lvant jirrikonoxxih bħala l-prim ministru. F’dan il-każ kien hemm rapporti ta’ tiri t’armi tan-nar u anke splużjonijiet. Uffiċjali tas-sigurtà qalu li numru ta’ sparijiet ġarrbu ħsarat f’dan il-ġlied filwaqt li għexieren ta’ residenti kellhom jiġu evakwati.