Sunday, December 29, 2024

In-Nazzjonijiet Uniti tħeġġeġ lis-Sri Lanka biex ittejjeb id-drittijiet umani fid-dawl tal-kriżi ekonomika

Aqra wkoll

In-Nazzjonijiet Uniti qalet li s-Sri Lanka jeħtieġ li immedjatament ittejjeb id-drittijiet umani u saħħaħ l-istituzzjonijiet biex tikkumbattu l-problemi umanitarji li żvolġew kawża tal-kriżi ekonomika kbira li qiegħed jesperjenza dan il-pajjiż. 

Nada Al-Nashif, Aġent Kummissarju Għoli tan-Nazz­jonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem qalet li l-membri tan-NU u istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jappoġġjaw lis-Sri Lanka hekk kif din qiegħda tipprova tassisti lil miljuni ta’ persuni li qed isofru minn nuqqas ta’ ikel, fjuwil, enerġija elettrika u anke mediċini. 

Fil-51 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet Umani ġewwa Ġinevra, Al-Nashif ħeġġet lill-gvern il-ġdid ta’ Sri Lanka biex jimbarka fuq djalogu nazzjonali u jwettaq riformi biex jiġu evitati l-abbużi fuq id-drittijiet umani u anke l-kriżi ekonomika. Hija ħeġġet ukoll lill-gvern ġdid tal-President Ranil Wickremesinghe biex iwaqqaf l-użu tal-liġi­jiet tas-sigurtà li qegħdin jintużaw biex jarrestaw dimostranti li wasslu għat-tneħħija tal-eks President Gotabaya Rajapaksa.

Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Finanzi tas-Sri Lanka  Ali Sabry f’din l-istess laqgħa qal li l-gvern huwa kommess li jaħdem mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) dwar it-titjib tad-drit­tijiet umani, iżda huwa kontra kull intervent ġudizzjarju barrani hekk kif skontu dan huwa antikostituzzjonali.

Ekonomija

Sport