Thursday, March 26, 2026

In-Nazzjonijiet Uniti tivvota biex tirrikonoxxi l-iskjavitù tal-Afrikanibħala “l-aktar delitt gravi kontra l-umanità”

Aqra wkoll

…l-Istati Uniti, Iżrael u l-Arġentina jivvutaw kontra

L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti vvotat biex tirrikonoxxi l-iskjavitù tal-Afrikani matul il-kummerċ transatlantiku tal-iskjavi bħala “l-aktar delitt gravi kontra l-umanità”, mossa li l-avukati jittamaw li twitti t-triq għall-fejqan u l-ġustizzja.

Ir-riżoluzzjoni, kienet proposta mill-Ghana ħeġġet ukoll lill-Istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex jikkunsidraw li jitolbu apoloġija għall-kummerċ tal-iskjavi u jikkontribwixxu għal fond ta’ riparazzjoni. Ma ssemmix ammont speċifiku ta’ flus.
Il-proposta ġiet adottata b’123 vot favur u tlieta kontra – l-Istati Uniti, l-Iżrael u l-Arġentina.
Tnejn u ħamsin pajjiż astjenew, inklużi r-Renju Unit u l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport