Sunday, November 24, 2024

In-nefqa fir-riċerka u l-iżvilupp laħħqet kważi l-€100 miljun fl-2021

Aqra wkoll

Fis-sena 2021 kien hemm 3,087 persuna impenjati fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. Minn dawn, 1,799 kienu involuti parzjalment fi proġetti, filwaqt li 1,288 impjegat kienu ddedikati il-ħin kollu fuq proġetti ta’ kwalità fir-riċerka u l-iżvilupp.

L-ogħla rata ta’ impenn f’dan is-settur kienet irreġistrata fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla, segwita mis-settur tan-negozju. F’dan is-settur, l-impjiegi primarjament kienu okkupati mill-irġiel bħala riċerkaturi u tekniċi. L-impjegati nisa f’dan il-qasam kien ta’ 36%.

Fl-istess sena, l-ogħla investiment fir-riċerka u l-iżvilupp kien fl-inġinerija u t-teknoloġija, li jammonta għal 55.2% tan-nefqa kollha, li jirrappreżenta investiment ta’ €8.3 miljuni. Ir-riċerka fix-xjenza medika ammontat għal €2.6 miljun, filwaqt li l-investiment fix-xjenzi naturali kien ta’ €2 miljuni. Ix-xjenza naturali u x-xjenza medika kienu ukoll fost is-setturi li investew fihom is-setturi tal-intrapriża u n-negozji.

Skont ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO fl-2021 in-nefqa totali f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp żdiedet bi €13.7 miljun. Is-settur tan-negozju ikkontribwixxa 64.3%, filwaqt li l-istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla u l-Gvern ikkontribew b’34% u b’1.5% rispettivament.

Sport