Monday, December 9, 2024

In-nefqa fuq id-droga matul il-Covid-19 tiżdied b’16%

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon żvela kif matul il-pandemija tal-Covid19 in-nefqa fuq id-droga żdiedet b’16%.

Huwa irrimarka dan waqt li kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari relatati mal-qasam soċjali li tiegħu huwa responsabbli.

Falzon qal li matul dan il-perjodu ma ġietx innutata xi tnaqqis fl-ammont ta’ droga fis-suq u semma kif madwar 55% ta’ dawk li ħarġu mill-vizzju jew kienu qed isegwu programm baqgħu ‘clean’.

Fuq nota negattiva kien hemm 6% ta’ dawk li segwew, jew kien qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni, li kellhom ‘relapse’ jiġifieri reġgħu waqgħu fil-vizzju.

Waqt li semma kif ġiet innutata żieda fid-droga wżata waqt il-parties, fosthom il-kokaina u l-‘crack’, Falzon irrimarka li l-użu tal-eroina naqset waqt il-pandemija għalkemm esprima t-tħassib tiegħu li jidher li se terġa’ “tgħolli rasha”.

Huwa qal ukoll li fil-preżent hawn madwar 700 persuna li kuljum qed tmur id-Detox biex tieħu l-methadone li hija l-“mistura” biex isservi bħala sostituzzjoni għall-eroina.

Fil-kummenti tiegħu Falzon irrefera wkoll għall-programmi edukattivi dwar id-droga fejn insista li din hija problema u mhux is-soluzzjoni għall-problemi l-oħra li jista’ jkollu individwu.

Ekonomija

Sport