Monday, December 23, 2024

In-negozji jfaħħru s-sussidju fuq self mill-banek

Aqra wkoll

\

L-għaqdiet li jirrappreżentaw lin-negozji faħħru l-aħħar miżura li ħa l-Gvern biex jgħinhom ikollhom aktar likwidita fl-isfond tal-kriżi li ġabet magħha l-coronavirus.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li għal perjodu ta’ sentejn u għal massimu ta’ 2.5% il-Gvern kien se jissussidja r-rata tal-interessi fuq is-self għal kapital.

Huwa rrimarka li b’dan il-pass il-Gvern se jgħin lin-negozji jkollhom aċċess aħjar għal self mill-banek u b’hekk kien se jgħinhom ikollhom aktar flus biex jiffaċċjaw is-sitwazzjoni li jinabu fiha.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo spjega kif din l-iskema se tinjetta €40 miljun fi bwiet in-negozji waqt li jgħin familji jtaffu l-piż finanzjarju.

Kemm il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija kif ukoll iċ-Chamber of SMEs faħħru din l-iskema għax iqisuha bħala għajnuna indispensabbli biex jiffaċċjaw l-isfida li ħolqitilhom l-imsemmija mxija.

Ekonomija

Sport