Saturday, December 28, 2024

“In-negozji li tħallew jiftħu ftit kellhom bejgħ”

Aqra wkoll

Il-Malta Chamber of SMEs tappella lill-poplu jixtri prodotti lokali

Il-Malta Chamber of SMEs, li sa ftit ilu kienet magħrufa bħala GRTU, trid li l-Gvern jgħinha f’kampanja biex tħeġġeġ lill-pubbliku jixtri prodotti lokali u b’hekk tonqos id-dipendenza fuq l-importazzjoni.

Din kienet waħda minn numru ta’ proposti li għamlet lill-Gvern hekk kif hija qalet li għalkemm infetħu ċertu ħwienet il-bejgħ kien ftit u sostniet li anke jekk jekk in-negozji jiftħu xorta għandhom bżonn l-għajnuna.

Fost is-suġġerimenti li qed tagħmel hemm dik li l-faxex tat-taxxa fuq id-dħul jinbidlu biex dawk li ma jaqilgħux aktar minn €100,000 ma jiġux intaxxati aktar minn 20%.

Hija qed tissuġġerixxi wkoll li titneħħa s-SISA minn fuq prodotti bħal ‘shampoos’, fwieħa u prodotti tas-sbuħija kif ukoll tyres waqt li trid li tiġi introdotta skema fejn il-kera tintrefa bejn is-sid, l-inkwilin u l-Gvern.

Il-Malta Chamber of SMEs trid ukoll skema ta’ sussidju biex jiġu impjegati lura persuni li tilfu xogħlhom billi il-Gvern iħallas €500 f’paga għal sena malli l-persuna tiddaħħal lura fix-xogħol.

Proposta oħra hija li n-negozji li qed ibatu biex jaffordjaw il-proprjeta minn fejn joperaw jingħataw għotja li tkopri sa 50% tan-nefqa sa €3,000 sakemm jippreżentaw l-irċevuti tal-VAT.

Hija qed tissuġġerixxi anke inċentivi biex in-negozji jinvestu f’sistema onlajn, li jitnaqqsu l-interessi biex in-negozji jkunu inkoraġġiti jinvestu u jitwaqqaf pjan fit-turiżmu.

Il-Malta Chamber of SMEs qed titlob ukoll lill-Gvern jinċentiva l-ekonomija ħadra u jkun hemm inċentivi speċifiċi għan-negozji f’Għawdex biex jiġġeneraw aktar turiżmu intern.

Ekonomija

Sport