Sunday, November 24, 2024

“In-nies iċemplu u t-tfal morda għandhom jibqgħu jagħmlu kuraġġ” – Lydon

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-festa ta’ solidarjetà ta’ L-ISTRINA tfakkarna fit-tbatijiet ta’ bosta persuni u naraw ħafna appelli li għalkemm huma importanti biex nifhmu aħjar dawn it-tbatijiet, bħal isewdulna qalbna. 

Iżda fost dawn il-ħafna appelli aktar kmieni waqt l-attività f’Ħal Kirkop mar jimla l-post bit-tbissima tiegħu ċ-ċkejken Lydon flimkien ma’ missieru. 

“In-nies għandhom iċemplu u jgħinu lil kull min għandu bżonn. It-tfal kollha li huma morda għandhom jibqgħu jagħmlu kuraġġ lejn żmien aħjar”, appella ċ-ċkejken.

Intant missieru qal li l-ammont miġbur f’perjodu ta’ ftit sigħat jikkonferma kemm Malta kollha tinsab wara dawn in-nies fil-bżonn u b’hekk għandhom jimtlew bil-kuraġġ kontra l-mard tagħhom.

Il-missier u ibnu kantaw kanzunetta b’messaġġ sabiħ għal dawn iż-żminijiet fejn jappellaw biex ħadd ma jitħalla waħdu. Fost persuni li jissemmew fil-kanzunetta hemm il-priġunieri u l-anzjani.

Sport