Wednesday, July 24, 2024

“In-nies mhumiex numri iżda individwi”

L-eks MEP Josianne Cutajar

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin wara li tħabbar li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzoni tal-Parlament Ewropew, l-eks Membru Parlamentari Josianne Cutajar f’kumment li kitbet fuq il-midja soċjali qalet li “n-nies mhumiex numri, iżda individwi”.

Cutajar bdiet il-kumment tagħha billi saħqet li l-Partit Laburista mill-ġdid reġa’ ġie kkonfermat bħala l-akbar forza politika fil-pajjiż.

“Iżda rridu nirrikonoxxu li hemm sinjal ċar li l-Partit irid jaħdem fuqu. Il-poplu ried jgħaddi messaġġ li juri li l-preferenza tiegħu għadha l-Partit Laburista, iżda b’mod li jrid li juri li n-numri jiġu u jmorru, u aktar minn hekk, li n-nies mhumiex numri iżda individwi,” kitbet l-eks MEP Laburista.

Hi saħqet li “hemm bżonn azzjoni aktar milli kliem. Il-passat qiegħed hemm bħala tagħlima u n-nies għandhom sentimenti u ħtiġijiet oħra, apparti dawk li ġa bdew jiġu indirizzati. Kull persuna li f’din l-elezzjoni ma vvutatx, ħassret il-vot, jew uriet li muġugħa, essenzjali li tiġi mismugħa. Dan anke għall-ġid kollettiv.”

Fl-aħħar tal-messaġġ hi kitbet li tawgura lill-MEPs li ġew eletti f’isem il-Partit Laburista Alex, Daniel u Thomas.

Ekonomija

Sport