Sunday, December 22, 2024

In-nisa Afgani mhux permessi li jattendu l-iskola sekondarja sakemm issir deċiżjoni dwar l-uniformi

Aqra wkoll

It-Taliban reġa’ lura mid-deċiżjoni tiegħu, u issa jidher li t-tfajliet Afgani għalissa mhux se jkunu qed jitħallew  jattendu fl-iskejjel sekondarji u dan hekk kif għadha trid tittieħed deċiżjoni dwar l-uniformi li dawn jeħtieġ li jilbsu. 

Dan it-tħabbira waslet hekk kif fil-jiem li ġejjin l-iskejjel ġewwa l-Afganistan se jkunu qed jiftħu għall-ewwel darba minn Awwissu ’l hawn, sewwasew minn meta t-Taliban ħa l-kontroll tal-pajjiż. 

Din l-aħbar kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-istudenti nisa Afgani, u dawn urew diqa u rabja għat-tibdil ħabta u sabta li sar dwar dan. Din id-deċiżjoni tistona ħafna ma’ dak li kien ġie mħabbar il-ġimgħa li għaddiet mill-Ministru tal-Edukazzjoni meta dan kien qal li l-iskejjel se jkunu qed jiftħu għal kulħadd.

Ġara li fi stqarrija li t-tmexxija tat-Taliban ħarġet fl-aħħar sigħat intqal li l-iskejjel għan-nisa se jkunu qegħdin jinfetħu wara li tittieħed deċiżjoni fuq l-uniformi tagħhom li għandha tkun ibbażata fuq “il-liġi tax-Xarija u t-tradizzjoni Afgana”.

Ekonomija

Sport