Sunday, November 24, 2024

In-nisa Ġappuniżi jiddominaw l-iskateboading

Aqra wkoll

L-iskateboarding ġie dominat min-nisa Ġappuniżi hekk kif reb­ħu l-midalja tad-deheb u tal-fidda.  

Iż-żewġ debuttanti, Coco Yoshizawa ta’ 14-il sena u Liz Akama ta’ 15-il sena, telgħu ras imb’ras u kienet taqtiegħa missielta għall-midalja tad-deheb. 

Iżda finalment kienet Yoshizawa li ttrijonfat hekk kif tellgħet punteġġ ta’ 272.75 filwaqt li Akama kisbet 265.95. 

Fit-tielet post spiċċat il-Brażiljana, Rayssa Leal (253.37), wara li kellha titħabat fir-round ta’ kwalifikazzjoni.  

Sport