Sunday, December 22, 2024

“In-nisa qed ibatu minn mentalità patrijarkali… mhumiex imħallsa biżżejjed”

Aqra wkoll

Id-dimostrazzjoni “Jum il-Mara Kuljum: Mill-kliem għall-fatti” bdiet minn Pjazza Tritoni u kienet organizzata mill-Moviment Graffitti flimkien ma’ Doctors for Choice, Womens’ Rights Foundation u Young Progressive Beings bl-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet għaqdiet oħra. 

Dawk preżenti mbagħad mxew lejn il-monument tal-Assedju l-Kbir fejn hemmhekk saru xi diskorsi. Dr Lara Dimitrijevic mill-Womens’ Rights Foundation qalet li kuljum u kullimkien in-nisa jgħixu mill-istess esperjenza. 

Qalet li n-nisa qed ibatu minn mentalità patrijarkali u kulturi misoġini li joħolqu ostaklu fix-xogħol tagħhom, f’ħajjithom u d-drittijiet tagħhom bħala bnedmin.

Qalet li kuljum, kullimkien, in-nisa mhumiex imħallsa biżżejjed, mhumiex rappreżentanti u apprezzati, qed ikunu ffastidjati u mċaħħda mill-kontroll fuq ġisimhom stess.

Min-naħa l-oħra, qalet li kuljum u kullimkien in-nisa qed iqumu kontra l-oppressjoni tagħhom, jaffaċċjaw il-biżgħat tagħhom u qed ikissru l-ktajjen tas-sistemi li huma mfassla biex iżommuhom ‘l isfel. 

“Fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa niċċelebraw il-kisbiet, iżda l-ġlieda għall-ugwaljanza u d-dritt li jgħixu ħajja ħielsa mill-vjolenza jibqa’ għan-nisa kollha kullimkien. Imxejna, iżda għad fadal triq twila. Il-vjaġġ tan-nisa għandu biss destinazzjoni waħda: ugwaljanza u libertà kuljum, għal kull mara kullimkien,” tenniet Dr Dimitrijevic.

Ekonomija

Sport