In-Norveġiż, Markus Rooth, kiseb id-deheb fid-decathlon li kien wieħed drammatiku u imprevedibbli fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024.
Huwa pproduċa l-akbar sensiela li qatt kellu biex qabeż il-personal best kif ukoll ir-rekord Norveġiż, b’8796.
Il-Ġermaniż, Leo Neugebauer, kiseb il-fidda b’8748, filwaqt li Lindon Victor ta’ Grenada kiseb il-bronż, b’8711.
Il-podju eventwali ma kellux liċ-champion tad-dinja Pierce LePage, li ma setax jasal għal-Logħob minħabba injury, lid-detentur tar-rekords dinji Kevin Mayer, li rtira lejlet id-decathlon, jew liċ-champion renjanti Olimpiku Damian Warner.
Iżda bla dubju, dan ma jnaqqasx xejn mill-mertu tat-tliet medalisti … hekk kif kull atleta għex jumejn ta’ kompetizzjoni fuq l-akbar palk sportiv fid-dinja billi pparteċipaw f’għaxar dixxiplini differenti.
Barra minn hekk, din kienet it-tieni darba fl-istorja Olimpika li t-tliet medallisti qabżu t-8700 punt. Hija wkoll l-ewwel darba li 10 atleti qabu t-8400 punt.