Wednesday, December 25, 2024

In-NU tgħid li sitt miljun persuna fl-Afganistan jinsabu f’riskju ta’ ġuħ

Aqra wkoll

Martin Griffiths, li huwa l-persuna responsabb­li mill-qasam umanitarju fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, ħeġġeġ lil donaturi internazzjonali biex jagħtu fondi lill-Afganistan hekk kif dan il-pajjiż jinsab riesaq lejn ġuħ kbir. Din is-sitwazzjoni żvolġiet wara li ammonti kbar ta’ fondi li kienu se jingħataw għall-iżvilupp tal-pajjiż ġew iffriżati wara li t-Taliban reġa’ ħa l-kontroll tal-pajjiż. Skont in-Nazzjonijiet Uniti, xejn inqas minn sitt miljun persuna jinsabu f’riskju ta’ ġuħ.

Griffiths, meta kien qiegħ­ed jindirizza l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjoni­jiet Uni­ti, qal li l-Afganistan qiegħed jiffaċċja numru ta’ problemi fosthom dik umanitarja, ekonomika, tal-klima, ġuħ u anke problemi finanzjarji. Huwa għalhekk ħeġġeġ lil donaturi biex jgħinu lil dan il-pajjiż li skontu għandu bżonn xejn inqas minn $770 miljun biex il-poplu jkun jista’ jvinċi x-xhur kesħin li ġejjin.  L-uffiċjal tan-NU tenna li l-kunflitti, faqar, nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u tibdil fil-klima ilhom żmien twil jaffettwaw lil dan il-pajjiż, iżda issa minħabba l-iffriżar tal-fondi għall-iżvilupp is-sitwazzjoni laħqet punt kritiku u hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata. 

Skont il-kalkoli tan-NU, iktar minn nofs il-popolazzjoni tal-Afganistan – li hija ta’ 39 miljun – għandha bżonn għajnuna umanitarja filwaqt li sitt miljuni jinsabu f’riskju ta’ ġuħ.

Ekonomija

Sport