Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan wassal biex in-numru tal-vittmi li mietu bil-virus f’pajjiżna issa jammonta għal 203.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 82 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex anke matul dawn il-jiem tal-Milied nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.