Thursday, December 26, 2024

In-numru tal-vittmi tal-Covid-19 jitla’ għal 69

Aqra wkoll

Erba’ persuni mietu fl-Isptar Mater Dei llum wara li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li n-numru ta’ persuni li mietu bil-coronavirus issa tela’ għal 69.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li ż-żewġ anzjani kellhom 86 sena u 87 sena, u ddaħħlu l-Isptar Mater Dei nhar il-Ħadd li għadda. Wieħed minnhom irriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess filwaqt li l-anzjan l-ieħor irriżulta pożittiv l-għada. 

It-tnejn li huma mietu llum u t-tnejn kienu jbatu minn mard kroniku.

Intant illejla l-Ministeru għas-Saħħa qal li żewġ persuni oħrajn mietu kaġun tal-Covid-19.

Fl-ewwel każ raġel ta’ 63 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-12 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dak in-nhar stess. Huwa miet aktar kmieni llum fl-isptar Mater Dei. Huwa kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 83 sena ttestja pożittiv fl-1 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-isptar Monte Carmeli fejn l-anzan kien residenti u baqa’ jingħata kura.

Il-Ministeru esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-anzjani u ħeġġeġ lil kulħadd biex jimxi mad-direttivi maħruġin mill-awtoritajiet tal-saħħa biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus.

Ekonomija

Sport