Id-Deputat Mexxej Laburista u l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba ħabbar li kien kien kiteb lill-Kummissjoni Ewropea wara li ġie deċiż li l-kors fil-lingwa Maltija jitwaqqaf.
Agius Saliba qal li dan twaqqaf għax skont il-Kummissjoni “kien hemm ftit pallikanti li wrew interess fil-kors”.
Sostna li dan hu inaċċettabbli, għax, bħal kull lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, il-ħaddiema fl-istituzzjonijiet għandhom id-dritt li japplikaw biex jingħataw taħriġ fl-għarfien tal-Ilsien Malti.
L-MEP Laburista qal li “kumbinazzjoni kellu jkun il-Malti biss li tħalla barra minn dan it-taħriġ.”
Hu nsista li dan il-kors għandu jinfetaħ b’mod immedjat għal dawk li wrew interess u applikaw.
“Il-Malti m’għandu xejn inqas minn lingwi oħrajn,” temm jgħid Alex Agius Saliba.